Tbissima mhux dejjem tfisser li kollox sew. Tkellem

Il-Kwalità tal-Ħajja u s-Saħħa Mentali

Ixgħel l-Indicator! Hija produzzjoni oriġinali ta’Kelma Kelma Nota Nota.

Min aħna

Koki esperti, workshops interattivi, u dinja ta' togħmiet jistennewk għandna food festival

Peter Bowman

Direttur kreattiv

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali, Dr Lydia Abela, b’kollaborazzjoni mal-Gvern ta’ Malta, se terġa’ ttella’ il-festival NITKELLEM għat-tieni sena konsekuttiva. L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir nhar id-9 u l-10 ta’ Ottubru, u se għandu l-għan li jkompli jqajjem kuxjenza u għarfien dwar is-saħħa mentali fis-soċjetà.

Fost l-ambjent kalm u seren f’Ta’ Qali, il-Park Nazzjonali se jkun qed jilqa’ l-attivitajiet kollha mħejjija għal dawn il-jumejn. Spazju fejn wieħed jista’ jieqaf ftit, jirrifletti u jerġa’ jingħaqad miegħu nnifsu u ma’ dawk ta’ madwaru.

Matul dawn il-jumejn, il-programm se jkun qed joffri varjetà wiesgħa ta’ diskussjonijiet, attivitajiet ta’ benesseri, mużika u wirjiet kulturali. NITKELLEM għandu l-għan li jħeġġeġ djalogu miftuħ, jeradika l-istigma u joffri għodod prattiċi maħsuba biex isaħħu r-reżiljenza u jgħinu biex tinbena soċjetà dejjem aktar solidali u ta’ appoġġ.

Din l-inizjattiva se tkun qed tlaqqa’ flimkien professjonisti, organizzazzjonijiet, attivisti, studenti u l-komunità inġenerali biex lkoll flimkien jirriflettu fuq l-importanza tas-saħħa mentali, jesploraw approċċi preventivi u jenfasizzaw ir-rwol tal-moviment, l-arti, il-kultura u l-benesseri ġenerali biex nibnu ħajja dejjem aktar b’saħħitha.

Kelma Kelma Nota Nota se terġa’ tippreżenta produzzjoni oriġinali, Ixgħel l-indicator, immexxija minn Ray Calleja, Daniel Cauchi and the Big Band Brothers, u Michael Spagnol.

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jieħu sehem f’dawn il-jumejn t’attivitajiet speċjali.

Kalendarju

Programm

Sed ut perspiciatis unde omnis iste natus error sit voluptatem accusantium doloremque laudantium.

9 ta' Ottubru 2026

Konverżazzjoni dwar is-saħħa mentali

6:00 PM

Kelma Kelma Nota Nota | Ixgħel l-indicator

Kunċert bi Ray Calleja, Daniel Cauchi u l-Big Band Brothers, u Michael Spagnol.8:30 PM

10 ta' Ottubru 2026

5/10KM b’kollaborazzjoni ma’ Sunday Run Club

Yoga b’kollaborazzjoni ma’ Sasha Vella

Pilates b’kollaborazzjoni ma’ Soma

Breathwork b’kollaborazzjoni ma’ Neil Agius

The Big Picnic Party b’kollaborazzjoni ma’ Malta Daily

11:00 AM

*Il-qligħ kollu minn Nitkellem se jingħata b’donazzjoni, biex jgħin jiffinanzja servizzi u appoġġ għas-saħħa mentali għal individwi u familji madwar Malta.

Lydia Abela

Il-Mara tal-Prim Ministru

Dr Lydia Abela, imwielda Lydia Zerafa fl-1978, hija l-mara tal-Prim Ministru Robert Abela. Gradwata fil-liġi b’masters fil-Liġi Marittima, hija speċjalizzat fil-Liġi tal-Familja, Kostituzzjonali, Ċivili, u Ambjentali. Fl-2010, saret Segretarju Eżekuttiv tal-Partit Laburista, fejn ħadmet biex iżżid il-parteċipazzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-politika. Lydia u Robert għandhom tifla, Giorgia Mae.

Passjonata dwar kawżi soċjali, hija tappoġġja gruppi vulnerabbli, billi tiffoka fuq il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-għarfien dwar is-saħħa mentali. Bħala President ta’ Special Olympics Malta mill-2021, hija ppromwoviet l-inklużjoni, u wasslet lil Malta biex tospita l-2022 Invitational games, li rebħu ‘Best International Sport Event of 2022′.